Alessandro Romagnoli se jġedded il-ftehim ma' AC Milan

    AC Milan qed jaħsbu biex iġeddu l-ftehim mad-difensur ċentrali Taljan, Alessandro Romagnoli. Jidher li dan tal-aħħar huwa parti mill-pjan tal-club għall-futur minħabba li qed jikkonvinċi ferm fil-wirjiet tiegħu fi Stadio San Siro.

    Fil-preżent il-kuntratt tiegħu jiskadi f'Ġunju 2022 iżda d-diriġenti tal-club mhux mistennija jitilfu ħin u se jaħdmu sabiex fiż-żmien meta l-football Taljan jinsab wieqaf jaħsbu għall-ġejjieni tagħhom.

    L-aġent tiegħu Mino Raiola se jibda sensiela ta' laqgħat li mistennija jwasslu għall-firma ta' kuntratt ġdid mill-player ta' 25 sena. 

    Romagnoli lagħab 181 partita mar-Rossoneri minn mindu ngħaqad magħhom f'Awwissu 2015 u skorja seba' goals.