Ancelotti jrid lil Allan u Kalidou Koulibaly

    Il-coach ta' Everton Carlo Ancelotti ta parir lid-diriġenti tiegħu sabiex imorru għad-duo ta' Napoli Kalidou Koulibaly u Allan hekk kif jiftaħ is-suq tat-trasferimenti tas-sajf. Il-coach veteran jaf sew lil dawn iż-żewġ players minħabba li kien jikkowċjahom fiż-żmien meta kien ma' Napoli.

    Wara staġun xejn pożittiv mal-Partenopei, Allan qed ifittex avventura ġdida u l-opportunitá li jmur jilgħab f'Merseyside qed togħġbu ferm. 

    Min-naħa ta' Koulibaly, dan ilu jissemma' li se jitlaq lit-tim min-naħa t'isfel tal-Italja tant li diġá bdew ifittxu sostitut għalih. Minkejja kollox diversi clubs Ewropej qed ifittxu li jiksbu l-firma tiegħu minħabba li huwa player ferm popolari.

    Sadanittant il-kuntratt ta' Ancelotti mat-Toffees jiskadi fis-sena 2024 bl-għan aħħari tiegħu huwa li jkompli jsaħħaħ il-profil tal-club tiegħu.