Gianluigi Buffon iġedded għal sena oħra ma' Juventus

    Il-goalkeeper veteran Gianluigi Buffon se jkun qed iġedded il-kuntratt tiegħu maċ-champions Taljani Juventus għal sena oħra biex se jkun qed jaqbeż it-43 sena u jkun għadu qed jilgħab.

    Buffon qed jilgħab it-18-il staġun konsekuttiv tiegħu u deher 11-il darba bil-flokk ta' Juventus minn Settembru li għadda. Huwa ngħaqad mal-Bianconeri fis-sena 2001 mingħand Parma u kien ħa post Edwin Van Der Sar.

    Minn hemmhekk Buffon qatt ma ħares lura u għamel żmien twil jiddefendi l-lasti tal-club fejn rebaħ bosta unuri prestiġġjużi fosthom il-kampjonat, is-super cup Taljana u l-Coppa Italia.

    Fis-sena 2018 huwa għamel sena ma' Paris St Germain għalkemm l-esperjenza tiegħu ftit damet hekk kif reġa' rritorna fil-belt ta' Turin. 

    Buffon ġie rrappurtat jgħid li Juventus saru parti minn ħajtu u jinsab mill-aktar sodisfatt li se jġedded il-kuntratt tiegħu għal sena oħra.