Inter favoriti għal Corentin Tolisso

    Inter qed jintensifikaw l-isforzi tagħhom sabiex jiksbu l-firma tal-player ta' nofs il-ground ta' Bayern Munich Corentin Tolisso. Dan tal-aħħar għandu 25 sena u ngħaqad mal-club mill-Bavarja lura għas-sajf 2017 mingħand Olympique Lyon iżda naqas li jistabilixxi ruħu fl-ewwel 11 tal-coach Hans Dieter Flick. 

    Minkejja li anke Juventus u Napoli qed iħarsu lejn l-akkwist tiegħu, Inter jidhru favoriti li jagħmlu dan. 

    Tolisso s'issa deher biss 13-il darba matul dan l-istaġun mat-team mill-Bavarja u skorja goal wieħed biss. Dan tal-aħħar qed ifittex sfida ġdida wara li l-esperjenza fil-Bundesliga marritlu xi ftit żmerċ.