Lega Serie A titlob għajnuna mill-Gvern Taljan

    Membri mil-Lega Serie A mistennija jiltaqgħu f'video-conference sabiex jippreżentaw dokument lill-gvern Taljan immexxi minn Giuseppe Conte fuq il-flus li se jitilfu ladarba l-kampjonat Taljan ma jkomplix.

    Kelliem mill-istess għaqda ta' timijiet li jiffurmaw l-ogħla kampjonat Taljan qed jgħid li l-clubs jistgħu jsofru danni finanzjarji kbar wara li dan l-istaġun ġie pospost minħabba l-imxija tal-coronavirus.

    L-istess kelliem sostna li t-timijiet se jkunu qed jaraw madwar €720 miljun itiru mar-riħ minħabba din is-sospensjoni. Din is-somma tinkludi d-drittijiet televiżivi, il-qligħ mill-attendenza tal-ground u eluf ta' prodotti tal-clubs li normalment jinxtraw mill-partitarji.

    Sadanittant il-problemi relatati mal-imxija tal-coronavirus komplew jikbru ferm fl-Italja u dan kollu qed jinkwieta lil diversi ċittadini li ma sabux tarf tal-kobba mħabbla li jinsabu fiha.