Ix-xufiera tat-trasport lejn l-iskejjel jinsabu lesti li joffru servizz relatat mat-trasport pubbliku issa li jinsabu weqfin

    Dawk ix-xufiera li jipprovdu trasport lejn l-iskejjel jinsabu lesti li joffru servizz relatat mat-trasport pubbliku. Dan hekk kif il-Gvern ħa d-deċiżjoni li għalissa jingħalqu l-iskejjel f’waħda mill-ewwel miżuri meħudin bil-għan li jkun ikkontrollat it-tixrid tal-virus.

    Dan ħabbru l-Ministru Owen Bonnici wara mistoqsijiet li sarulu mid-Deputata Nazzjonalista Claudette Buttigieg fir-rigward tal-iffullar fuq il-vened u l-karozzi tal-linja.

    Il-Ministru Bonnici ħabbar ukoll li sa tmiem ix-xahar se tkun qed titħabbar id-deċiżjoni dwar l-eżamijiet tal-iskejjel, inkluż dak tal-benchmark, tal-O Levels u l-A Levels.