Sptar f'Bergamo jispiċċawlu s-sodod tal-kura intensiva … Is-sitwazzjoni fl-Italja tkompli tiggrava

    Sptar fil-belt Taljana ta’ Bergamo, li hija fost l-aktar milqutin mill-coronavirus fit-Tramuntana tal-Italja, illum spiċċawla s-sodod kollha disponibbli fit-taqsima tal-kura intensiva.

    L-Isptar Giovanni XXIII qal li t-80 sodod disponibbli għal persuni f’kundizzjoni serja kaġun tal-coronavirus issa jinsabu lkoll okkupati.

    L-isptar qal li pazjenti morda bil-virus li jkunu jinħtieġu ventilazzjoni u ossiġnu se jkunu qed jiġu kkurati permezz tan-netwerk tal-kura intensiva Taljana.