Dubji dwar l-iżvolġiment tal-Olimpjadi fil-Ġappun f'Lulju li ġej

    Il-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe jidher li qed ibiddel fehmtu dwar l-iżvolġiment tal-Olimpjadi f’Tokyo f’Lulju li ġej. Dan hekk kif wara konferenza dwar il-coronavirus li żvolġiet ilbieraħ huwa naqas milli jikkummenta dwar jekk dan l-avveniment sportiv huwiex se jkun qed jiżvolġi kif mistenni.

    Dan jikkuntrasta mal-pożizzjoni li s’issa dejjem ħa Abe, li dejjem insista li l-Logħob olimpiku se jkun qed jiżvolġi kif skedat.

    Fl-istess waqt il-Prim Ministru Ġappuniż saħaq li “rrid li l-Olimpjadi u l-Paralimpiċi jiżvolġu kif kien ippjanat”.

    Avvenimenti sportivi madwar id-dinja kollha ġew sospiżi hekk kif il-virus kompla jinfirex b’pass mgħaġġel ħafna.