Tipproponi li jieqaf għal 30 ġurnata l-ivvjaġġar mhux meħtieġ lejn pajjiżi tal-UE

    Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen qed tipproponi li jieqaf l-ivvjaġġar mhux meħtieġ lejn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għal 30 ġurnata.

    Madanakollu hi appellat ukoll biex l-istati membri jagħtu lil xulxin mediċini u affarijiet oħra meħtieġa hekk kif l-imxija tal-coronavirus kompliet tolqot l-Ewropa.

    Kien għalhekk li fil-linji gwida ta’ dawn il-proposti mressqa hemm li l-fast lanes jintużaw għat-trasport tal-affarijiet essenzjali biex ma tistaġnax l-ekonomija.