Il-gvern Franċiż jikkunsidra lockdown totali ... mal-400 persuna jissieltu għal ħajjithom

    Il-gvern Franċiż qed jikkunsidra li jpoġġi l-pajjiż f’lockdown bir-restrizzjonijiet ikomplu jiħraxu. Hemm il-possibbilità li n-nies jitwaqqfu milli joħorġu wara s-6:00 p.m għal 45 ġurnata.

    Emmanuel Macron mistenni jindirizza n-nazzjon illejla wara li n-numru ta’ każijiet irdoppja kull tlett ijiem.

     Id-Direttur Ġenerali tas-Saħħa fil-pajjiż Jérôme Salomon qal li s-sitwazzjoni fil-preżent hija tat-tħassib u qed tiddeterjora b’rittmu mgħaġġel ħafna.

    Fil-mument hemm 5,423 każ ta’ persuni infettati u 127 persuna li tilfu ħajjithom. Ma’ dawn hemm 400 persuna oħra li jinsabu jissieltu għal ħajjithom fit-taqsima tal-kura intensiva fi sptarijiet fil-pajjiż.