Andrea Pisanu coach ta’ Sliema Wanderers

    Andrea Pisanu huwa uffiċjalment il-coach il-ġdid ta’ Sliema Wanderers hekk kif iffirma kuntratt sa tmiem l-istaġun. B’hekk huwa ħa post il-kompatrijott Taljan, Alfonso,  Greco li tkeċċa minn din il-kariga wara t-telfa ta’ 1-0 kontra Gudja United.

    Pisanu mhuwiex wiċċ ġdid fil-logħba domestika hekk kif lagħab ma’ Sliema Wanderers fl-istaġun 2014/15.  Dan filwaqt li bejn l-2016 u l-2018 kien coach ta’ Melita fl-Ewwel Diviżjoni.

    Matul dan l-istaġun huwa kien assistant coach ta’ Balzan fejn irriżenja minn din il-kariga proprju fil-jiem li għaddew.

    Fil-passat Pisanu lagħab fis-Serie A fl-Italja ma’ Parma, Bologna  Siena, Cagliari u Verona fost oħrajn.