ASMK: Ladies Demolition Derby il-Ħadd li ġej

    Nhar il-Ħadd li ġej, 16 ta’ Frar, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkompli bl-attivitajiet tagħha bil-Karozzi Autocross u bit-tie­ni attivitá Ladies Demolition Derby. It-tiġrija Autocross se tkun is-sitt attivitá mill-Kam­p­­jonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2019/20.

    L-attivitá se tibda fl-10.00 am u wara l-Assoċjazzjoni se torganizza t-tieni edizzjoni tal-Ladies Demolition Derby 2020 li mistennija tibda fit-3.00 pm.

    F’din it-tieni edizzjoni tal-Ladies Demolition Derby se jieħdu sehem seba’ kompetituri li se jidħlu għal din l-isfida u minkejja li n-numru huwa ftit inqas  minn dak tas-sena l-oħra xorta waħda se jkun hemm nisa ġodda għal din l-isfida.

    Madankollu l-kompetituri nisa se jkunu qed jikkompetu fuq karozzi mhux ikbar minn 4 metri (13-il pied). L-Assoċjazzjoni qed tagħmel dan bl-iskop li tkun qed tappella għal iktar partiċipazzjoni tal-mara fl-isport.

    Minkejja li matul iż-żmien l-Assoċjazzjoni kellha diversi attivitajiet dedikati għal mara, dawn inqatgħu għal diversi raġunijiet.

    Intant, nhar il-Ħadd li għad­da, 9 ta’ Frar, l-Assojċaz­zjoni kompliet l-attivitá li kienet tħassret nhar il-Ħadd, 16 ta’ Jannar, fejn kien hemm dawn ir-rizultat mill-Klassi Autocross Modified.

    Matul it-tliet heats kien Karl Micallef fuq Opel Corsa jiddomina u rnexxielu jikseb l-ogħla punti tant li aċċerta postu fil-finali ta’ Klassi A fejn miegħu kkwalifkaw Andrew Pisani fuq Opel Nova, Noel Zammit fuq Fiat Punto, Ivan Birmingham fuq Opel Corsa, Jean Paul Grech fuq Peugeot 106 u Kurt Aquilina fuq Opel Corsa.

    F’din il-finali kien hemm ħruġ tajjeb mill-finalisti kollha b’Micallef jieħu t-tmun tat-tiġ­rija, u fi tmiem l-ewwel dawra ħa l-Joker Lap u Grech ħa t-tmun tal-finali u dan kien segwit minn Pisani u Aquilina.

    Il-finali kompliet b’wieħed wara l-ieħor jieħdu l-Joker Lap waqt li Grech kompla jil­lidja segwit minn Micallef u Zammit. Iżda fil-ħames dawra Pisani, Micallef u Grech irtiraw minħabba ħsara mekkanika.

    It-tiġrija spiċċat b’Zammit jirbaħ l-ewwel finali f’dan l-istaġun segwit minn Kurt Aquilina u minn Ivan Birmingham rispettivament.

    Fir-raba’ u l-ħames postijiet daħlu Micallef u Grech waqt li Pisani spiċċa fis-sitt post għax kien l-ewwel wiehed li rtira.

    Fl-Autocross Modified Klassi B ħareġ rebbieħ Justin Buttigieg fuq Opel Nova li kien segwit minn Paul Formosa fuq Fiat Uno.