Chelsea jakkwistaw lil Hakim Ziyech ta’ Ajax

    Chelsea laħqu ftehim ma’ Ajax biex jiffirmaw lill-winger tal-club Olandiż, Hakim Ziyech, wara li l-player ta’ 26 sena kien fil-mira tal-manager Frank Lampard fis-suq ta’ Jannar.

    Ajax ma kienux lesti li jbiegħu lill-internazzjonali Marokkin ix-xahar li għadda meta qed jippruvaw jerġgħu jirbħu t-titlu tal-Eredevisie.

    Ajax anke kkonfermaw li huma aċċettaw s-somma ta’ £33.3 miljuni li potenzjalment titla’ għal £36.6 miljuni, bit-trasferiment ikun suġġett li Ziyech jilħaq ftehim fuq it-termini personali.

    Dan l-akkwist huwa l-ewwel wieħed li sar minn Lampard wara s-sospen­sjoni ta’ Chelsea mit-trasferimenti.