Lorenzo Insigne: Il-Coppa Italia l-għan ewlieni tagħna

    L-attakkant ta’ Napoli, Lorenzo Insigne, kien ferm kuntent wara li t-team tiegħu kiseb rebħa ta’ 1-0 kontra Inter fi Stadio San Siro.

    Insigne ma ħax sehem f’din il-partita minħabba injury ħafifa li kellu fil-logħba ta’ nhar il-Ħadd li għadda kontra Lecce.

    Il-player ta’ 28 sena qal li l-Coppa Italia hi waħda mill-obbjettivi li l-Partenopei qed jinsistu għalih wara li r-raba’ post tal-klassifika tas-Serie A jidher wieħed ferm improbabbli.

    Goal fis-57 minuta skorjat minn Fabian Ruiz ta rebħa lil Napoli hekk kif dawn iż-żewġ timijiet issa jerġgħu jiltaqgħu għat-tieni leg  ta’ din is-semi-finali fi Stadio San Paolo, fil-5 ta’ Marzu li ġej.