Valeri Bojinov lura fl-Italja

    Il-player veteran Valeri Bojinov mistenni jilbes l-20 flokk tiegħu ma’ club differenti hekk kif f’dawn l-aħħar sigħat qed jingħad li jista’ jingħaqad mat-team mis-serie B Taljana Pescara. Hekk kif wasal fl-ajruport ta’ Fiumicino, il-player ta’ 34 sena,  sostna li ried jirritorna l-Italja akkost ta’ kollox wara esperjenzi mhux daqstant pożittivi li kellu f’pajjiżu ma’ Botev Vratsa u Levski Sofia.

    Il-player kien player liberu f’dawn l-aħħar ġimgħat u kien qed ifittex li jirritorna fl-Italja. Hu għandu esperjenza kbira f’dan il-pajjiż hekk kif lagħab ukoll ma’ Lecce, Fiorentina, Juventus, Parma u Hellas Verona.

    Qed jingħad li anke Catania qed jiġru wara l-firma tiegħu.