Juventus iġeddu ma’ Allianz għal għaxar snin oħra

    Juventus ħabbru li ġeddew il-kuntratt kummerċjali mad-ditta Allianz sas-sena 2030 sabiex huma wieħed mill-isponsors ewlenin tal-klabb champion tal-Italja. Dan il-kuntratt se jkompli jagħti ċ-ċans lil din l-azjenda sabiex ikollha parti mill-isem tal-istadium tal-klabb kif ukoll għajnuna finanzjarja kbira fil-flokkijiet u l-apparat li juża’ l-club li jammonta għal madwar €103 miljun.

    Il-kap eżekuttiv u uffiċjali finanzjarju Giorgio Ricci esprima s-sodisfazzjon tiegħu li ġie mġedded dan il-ftehim u sostna li din l-azjenda ewlenija Ewropea għandhom fiduċja kbira f’dak li qed jagħmlu bħala klabb.