Claudio Marchisio lura ma’ Juventus bħala diriġent?

    L-ex player internazzjonali Taljan, Claudio Marchisio, ma ċaħadx li jista’ jirritorna ma’ Juventus din id-darba bħala diriġent.

    Marchisio, li llum il-ġurnata għandu 34 sena, qal li Juventus baqgħu f’qalbu minħabba li qatta’ madwar 25 sena jilgħab magħhom. Hu jittama li matul l-istaġun li ġej ikun jista’ jiftiehem mal-ogħla awtoritajiet sabiex ikun jista’ jagħti sehmu maċ-champions Taljani.

    Meta mistoqsi jekk xtaqx jilgħab ma’ Cristiano Ronaldo, Marchisio qal li hi x-xewqa ta’ kulħadd li jilgħab ma’ player bħal dak.

    Marchisio lagħab 294 partita mal-Bianconeri u skorja 34 goal. Huwa kellu jirtira kmieni minħabba injuries persistenti li kien qed ikollu.