Allan diżappuntat li ma lagħabx kontra Inter

    Waqt il-logħba li Napoli lagħbu kontra Inter fis-semi-finali tal-Coppa Italia, kien hemm diskussjoni dwar l-esklużjoni tal-midfielder ċentrali Allan Marques Loureiro magħruf aħjar bħala Allan. Din kienet it-tielet logħba konsekuttiva li l-player Brażiljan baqa’ barra wara li naqas milli jkun fl-ewwel ħdax fil-partiti mis-Serie A kontra Sampdoria u Lecce.

    Wara li kien qed isofri minn injury, il-player ta’ 29 sena rkupra sew u kien qed jitħarreġ regolarment ma’ sħabu.

    Allan deher ferm diżappuntat b’din l-esklużjoni proprju waqt partita li seta’ lagħabha faċilment minħabba li kien konfront tal-Coppa Italia.

    Napoli rebħu dan l-ewwel leg bl-iskor ta’ 1-0.

    Xnigħat persistenti qed jgħidu li Allan jista’ jitlaq lill-Partenopei fi tmiemi l-istaġun jekk jonqos li jsib post fl-ewwel 11 fil-partiti li jmiss. Huwa ilu ma’ Napoli sa mis-sena 2015 fejn lagħab 182 partita u skorja 10 goals.