Bosta linji tal-ajru jwaqqfu t-titjiriet tagħhom lejn iċ-Ċina

    Hekk kif it-tixrid tal-marda coronavirus tkompli tiddomina l-aħbarijiet, huma bosta dawk il-linji tal-ajru li qed jissospendu t-titjiriet lejn iċ-Ċina.

    Apparti s-sospensjoni ta’ kull forma ta’ vjaġġar lejn Wuhan, li l-ajruport tagħha jara mal-25 miljun passiġġier fis-sena, partijiet oħrajn tal-pajjiż ukoll tpoġġew taħt ‘lockdown’.

    Il-linja tal-ajru ta’ Hong Kong Cathay Pacific, minkejja d-diffikultajiet li qed tesperjenza, qalet li se tkun qed tnaqqas it-titjiriet tagħha lejn iċ-Ċina bin-nofs minn għada.

    Il-linja tal-ajru United Airlines ukoll qalet li se tkun qed tnaqqas it-titjiriet lejn Beijin, Shanghai u Hong Kong.

    Apparti dan diversi linji tal-ajru tal-Korea t’Isfel, fosthom Asiana Airlines, Jeju Air, u Jin Air, ukoll waqqfu t-titjiriet tagħhom lejn bliet Ċiniżi, b’diversi linji tal-ajru Ażjatiċi oħrajn li mistennijin li jsegwu dan l-eżempju.

    Intant il-ġurnal Brittaniku “Express” illum irrapporta li British Airways ukoll se tkun qed twaqqaf it-titjiriet tagħha lejn Neijing u Shanghai.