Il-PM bl-ewwel żjara uffiċjali tiegħu barra l-pajjiż

    Il-Prim Ministru Robert Abela llum beda bl-ewwel laqgħat mal-ogħla awtoritajiet tal-istituzzjonijiet Ewropej fi Brussell.

    Dalgħodu l-Prim Ministru ltaqa’ mal-President tal-Parlament Ewropew, David Sassoli u mal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel. F'din iż-żjara tiegħu fi Brussell, il-Prim Ministru Abela se jiltaqa’ mas-sitt membri Parlamentari Ewropej Maltin.

    Aktar tard, il-Prim Ministru Robert Abela se jiltaqa' mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen. Abela mistenni jtemm l-ewwel impenn uffiċjali tiegħu f’laqgħa mal-ħaddiema ta’ Dar Malta fiċ-ċentru ta’ Brussell.