“Qed jinsterqilna l-ħin bid-dewmien għal kumpens għal abbużi sesswali minn qassisin” - David Cassar, wieħed mill-vittmi

    “Id-dewmien fil-qorti dwar il-każ tagħna mhu xejn għajr serq tal-ħin tagħna. Il-bniedem jekk tisraqlu l-ħin x’jifdallu? Li qed nitlob jien hu li ssir ġustizzja. Li nieħdu kumpens għal abbużi sesswali li sofrejna minn qassisin.”

    Dan sostnieh ma’ Inewsmalta David Cassar, wieħed mill-vittmi li snin ilu kien vittma ta’ abbużi sesswali minn qassisin. Qed nitlob li  ssir gustizzja  biex nieħu dak li għandi nieħu f’dak li hu kumpens finanzjarju.”

    Mistoqsi dwar l-ammont ta’ kumpens, hu qalilna li “qatt ma tkellimna bħala ċifri imma qed nitlob li nkunu kumpensati għal danni morali. L-affarijiet skalaw u twalu iżżejjed. Ilni disa’ snin fil-qorti u issa ftaħt kawża oħra. id-dewmien hu twil.  Nemmen li l-qorti m’għandhiex iddum dan id-dewmien kollu.”

    Kompla jgħidilna li “ġejt abbużat meta kont żgħir u issa dan id-dewmien. Il-forza ma fihiex raġuni. Bir-raġun biss, ma jissolvewx l-affarijiet”.