Somalu attakkat minn Somalu ieħor ... il-Pulizija tfittex Somalu ieħor allegatament involut fl-istess aggressjoni

    Raġel ta’ 24 sena mis-Somalja, residenti ż-żebbuġ Għawdex, qed jinżamm arrestat wara li allegatament agredixxa raġel ieħor waqt argument f’Marsalforn. Il-Pulizija qed tfittex raġel ieħor Somalu li wkoll kien involut fl-istess agressjoni fejn raġel ta’ 24 sena mis-Somalja sofra ġrieħi f’wiċċu kawża ta’ daqqiet b’ħadida. 

    Ilbieraħ, għall-ħabta tat-8:00 p.m, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm persuna li kellha bżonn l-assistenza fi Triq il-Port, f’Marsalforn. 

    Il-Pulizija marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta raġel ta’ 24 sena mis-Somalja residenti il-Munxar, Għawdex, allegatament ġie aggredit minn żewġ persuni u allegatament serqulu ammont ta’ flus kontanti. Sussegwentament ż-żewġ aggressuri ħarbu minn fuq il-post. 

    Il-midrub ttieħed l-Isptar ġenerali t’Għawdex permezz t’ambulanza, fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief. 

    Wara investigazzjoni intensiva, l-aggressuri ġew iddentifikati. Wieħed mill-aggressuri, raġel ta’ 24 sena mis-Somalja residenti żebbuġ instab u ġie arrestat minn stabbiliment fi Triq il-Port, żebbuġ, Għawdex. Għaddejja tfittxija għat-tieni aggressur. 

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett t’Għawdex għadhom għaddejjin.