Irtirata l-mozzjoni tal-ħatra tad-deputat Mizzi bħala Kap tad-delegazzjoni Maltija tal-OSCE

    Fi stqarrija maħruġa mill-Gvern kmieni dalgħodu ntqal li se tiġi rtirata l-mozzjoni dwar il-ħatra tad-deputat Konrad Mizzi bħala Kap tad-Delegazzjoni Maltija fl-Assemblea Parlamentari tal-Organiżazzjoni dwar is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa.

    Il-Gvern talab ukoll parir legali dwar il-validità' ta' kuntratt ta' konsulenza li ġie mogħti mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu lid-deputat Konrad Mizzi f'Diċembru 2019.

    L-istqarrija temmet tgħid li l-Prim Ministru Robert Abela se jkompli juri li dan il-Gvern qiegħed jagħti priorità assoluta għal governanza ġusta biex pajjiżna jkun f'pożizzjoni li jimplimenta b’mod iktar effettiv il-ħidma tiegħu barra minn Malta.