Żvediża fis-sakra tisraq fwieħa u T-shirts mill-ajruport

    Mara li għandha l-passaport Żvediż u tgħix Malta ammettiet li serqet minn żewġt iħwienet fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.

    Jelena Jurievna Kensborn ammettiet li fit-13 ta' Diċembru li għadda, serqet fwieħa u oġġetti tal-ikel b'dannu għal Nuance Group kif ukoll T-shirts mill-Hard Rock Cafe.

    Hija ammettiet ukoll li irreżistiet sitt pulizija li marru jarrestawha, li m'obditx l-ordnijiet tagħhom, li kisret il-paċi pubblika u li kienet fis-sakra.

    Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ikkundannata sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin u immultata €150 f'dan il-każ li kien investigat mill-Ispettur Silvio Magro.