Ir-Renault Clio5 iċċertificata mill-EuroNCAP bħala l-aktar karozza sigura fis-suq

    Ir-Renault Clio5, l-aħħar mudell fil-lista' ta’ suċċessi tar-Renault, għadu kemm ġie iċċertificata mill-EuroNCAP bħala l-aktar karozza sigura fis-suq u dan anke meta mqabbla ma’ mudelli li jiswew ferm iżjed.

    Il-Clio5 hija maħsuba biex tassigura l-aktar sigurtà lill-passiġieri kollha. Kollox ġie reviżjonat. L-istruttura tal-body tal-karozza, l-aħjar mod kif jitqiegħdu s-seats, u anke il-pożizzjoni tas-seat belts. Il-Clio5 hija kompatiblli ma’ kwalunkwè siġġu ghat-tfal li hawn fis-suq. Tipprovdi wkoll protezzjoni akbar għar-ras fil-każ ta’ daqqa fil-ġenb.

    M’hemmx għalfejn ngħidu, il-Clio5 għanda wkoll lista impressjonanti ta’ teknoloġija ta’ sigurta’. Per eżempju, sitt airbags, ABS u ħafna, ħafna aktar.

    Mela jekk qed tfittex karozza sigura għall-familja kollha, mur ipprova l-Clio5 u tara kif ma jiddispjaċikx.