''Inwiegħed li l-Ministeru għal Għawdex se jkun għall-Għawdxin kollha'' - Il-Ministru Clint Camilleri

    Permezz ta' messaġġ fuq Facebook il-Ministru Clint Camilleri kiteb li hu, "b’umiltà nilqa’ r-responsabbiltà u r-rwol li afdali l-Prim Ministru Robert Abela bħala Ministru għal Għawdex." Il-Ministru Camilleri ftit tal-ħin ilu għadu kemm ħa post Justyne Caruana, wara li aktar kmieni dalgħodu din irreżenjat mill-kariga.

    Il-Ministru Camilleri kompli jgħid li hu, "lest biex nidħol għal dan l-impenn b’determinazzjoni għall-ġid ta’ kull wieħed u waħda minnkom, fuq kollox għall-ġid ta’ Għawdex li aħna lkoll tant ngħożzu. Inwiegħed li l-Ministeru t’Għawdex ser ikun tal-Għawdxin kollha."