Il-mexxejja ta' Hong Kong se tiltaqa' ma' uffiċjali Ċiniżi hekk kif tikber il-pressjoni biex ittemm il-protesti

    Carrie Lam, il-mexxejja ta’ Hong Kong, għamlet l-ewwel żjara f’Beijing illum, hekk kif mistennija li tiltaqa’ ma’ uffiċjali għoljin fi ħdan il-Gvern Ċiniż li qed jagħmlulha pressjoni biex iġġib fi tmiemhom protesti favur id-demokrazija li ilhom għaddejjin fit-territorju Ċiniż għal dawn l-aħħar sitt xhur.

    Iż-żjara ta’ erbat ijiem fil-kapitali Ċiniża hija l-ewwel waħda għal Lam mindu l-elettorat ta telfa kbira f’elezzjonijiet lokali li żvolġew ix-xahar li għadda.

    Osservaturi politiċi qed jispekulaw li hija taf tkun imġiegħla tagħmel tibdiliet fit-tim ta’ tmexxija tagħha.

    Hija mistennija li tiltaqa’ mal-President Ċiniż Xi jinping nhar it-Tnejn li ġej.

    Attivisti favur id-demokrazija f’Hong kong ilhom għal xhur sħaħ jitolbu għar-riżenja ta’ Lam. Id-deċiżjoni ta’ Lam li tirtira l-abbozz ta’ liġi dwar l-estradizzjoni, liema abbozz ta’ liġi tat bidu għall-protesti , ftit li xejn kellha efett biex ittaffi r-rabja tar-residenti.

    Mijiet ta’ eluf niżlu fit-toroq tal-belt nhar il-Ħadd li għadda, fl-akbar protesta kontra l-Gvern mindu żvolġew l-elezzjonijiet.