Triq fil-Mosta magħluqa temporanjament minħabba siġar li tqaċċtu

    Il-Pulizija jidher li qiegħda żżomm lill-pubbliku aġġornat u dan hekk kif qiegħda tavża lis-sewwieqa biex jevitaw Triq San Pawl tal-Qlejja fil-Mosta minħabba siġar li tqaċċtu.

    Is-sewwieqa huma ġentilment mitlubin isibu rotta alternattiva minħabba li t-triq se tkun temporanjament magħluqa sakemm isir ix-xogħol neċessarju.