Delia jgħid li Malta hija marida u mkissra kważi b’mod irrimedjabbli ... hu se jibqa' jiġġieled għall-verità

    Waqt intervista mal-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fuq Net FM, l-istess Delia tkellem dwar il-Kunsill Ġenerali Straordinarju li seħħ fl-aħħar sigħat. Delia ddeskriva dan il-Kunsill bħala l-veikolu tal-partit. Qal li dan se jibqa’ għaddej, infetaħ, iżda ma ngħalaqx għax jeħtieġ li jkun il-PN li jipproponu mod ġdid ta’ kif ikollna politika tajba.

    Delia qal li Malta hija marida u mkissra kważi b’mod irrimedjabbli. Qal li l-istituzzjonijiet huma mkissrin u dan għax il-gvern irnexxielu jkisser dak kollu li kien inbena qabel u għalhekk jeħtieġ li jkun hemm bini mill-ġdid.

    Qal li dak li ħadem fuqu l-istess Kunsill sar biex dak li seħħ ma jirrepetix ruħu fejn skontu xi membri tal-gvern ħakmu l-partit u “vvelenawh”.

    Delia qal li l-Partit Nazzjonalista għax kien jaf it-triq tas-sewwa dejjem kien konsistenti. Qal li konsistentament fl-aħħar sitt snin, il-PN dejjem qal is-sewwa. Qal li minkejja li ż-żewġ kontestanti għat-tmexxija tal-PL donnhom qed jintebħu jemmen li mhux verament jemmnu dak li qed jgħidu, iżda qegħdin jagħmlu dan biss biex jieħdu avvanz politiku.

    Rigward il-qafas tal-politika tal-PN Delia qal li President għandu jintgħażel mill-poplu u mhux mill-gvern. Qal li l-Oppożizzjoni permezz tal-blue print qiegħda tipproponi li ta’ kull sena jitressqu proposti, irrelattivament minn min ikun qiegħed imexxi l-gvern. Skontu dan ikun ifisser li b’hekk se jkun qiegħed jakkwista aktar il-poplu Malti u Għawdxi.

    Delia temm jgħid li hu qed jgħidx kull ġurnata u kull mument biex il-ġliediet tal-passat, iċ-ċittadini u l-individwi joffru xi ħaġa għall-pajjiż għax jeħtieġ li ningħaqdu għal pajjiżna u mhux għall-interessi personali tagħna.