Il-Pulizija tikkonferma li l-protesta tal-bieraħ saret bla permess

    Fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija ftit tal-ħin ilu kkjarifikat dwar kitbiet fuq il-midja soċjali dwar il-protesta tal-bieraħ filgħodu fil-Belt Valletta.

    Il-Pulizija qalet li sakemm saret il-protesta lbieraħ filgħodu, l-organizzaturi ta’ din il-protesta ma applikawx għall-permess, kif dejjem irid li jsir u kif dejjem sar.

    Il-Pulizija kkonfermat li jumejn qabel il-protesta saret laqgħa bejn iż-żewġ partijiet. Iżda kuntrarjament għal kif dejjem għamlu, l-organizzaturi din id-darba ma applikawx għall-permess.

    Il-Ministru Michael Farrugia tkellem dwar dan ilbieraħ wara li rringrazzja lill-uffiċjali kollha involuti fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-bieraħ.