[RITRATTI] Ir-riefnu jikkawża diversi ħsarat ... il-Pulizija twissi dwar periklu

    Wara li aktar kmieni inewsmalta wissiet dwar riefnu li kompla jikxef snienu matul il-lejl u li hu previst jibqa' għaddej sa tmiem il-ġimgħa, xi ritratti ppubblikati juru xi ħsarat li seħħew kawża ta' dan.

    Jidher li kawża ta' dan ir-riefnu kien hemm rapporti ta' siġar li tqaċċtu u l-istess Pulizija wissiet lis-sewwieqa u liċ-ċiklisti biex isuqu b'aktar attenzjoni sakemm isiru x-xogħlijiet neċessarji.

    Kien hemm ukoll ħsarat kawża ta' arbli tad-dawl li sofrew ħsarat estensivi.

    Barra minn hekk xi esibizzjonijiet oħrajn li kienu armati f'xi rħula madwar il-pajjiż ukoll sofrew ħsarat kawża ta' dan ir-riefnu.

    Ritratti: Facebook (MRTU) / Malta Police Force / inewsmalta