[AĠĠORNATA] It-tekniċi ta' GO b'ħidma matul il-lejl ... is-servizz lura għan-normal f'xi nħawi filwaqt li jkomplu t-tiswijiet

    Il-kumpanija Go kompliet taġġorna lill-klijenti tagħha bil-ħidma li tinsab għaddejja biex is-servizz jerġa’ lura għan-normal kemm jista’ jkun malajr wara li lbieraħ sofrew ħsarat fin-nofsinhar tal-pajjiż.

    Il-kumpanija fl-aħħar aġġornament tagħha qalet li l-ewwel cable ġie imsewwi u dan ifisser li s-servizz reġa’ beda jaħdem fil-Kottonera. Jidher li l-ħidma kompliet fuq it-tieni cable u jidher li f’Ħal Luqa s-servizz kellu jirritorna dalwaqt. Intant jidher li xi tekniċi oħrajn kellhom jibdew jaħdmu fuq l-aħħar cable biex is-servizz jerġa’ lura għan-normal kompletament.

    Il-kumpanija filwaqt li rringrazzjat lit-tekniċi tagħha li baqgħu għaddejjin b’ħidma matul il-lejl, għal darba oħra skużat ruħha għal kull inkonvenjent mal-klijenti tagħha.

    Aqra wkoll: http://inewsmalta.com/article.php?ID1=88730