Carlo Ancelotti ... Arsenal jew Everton?

    Il-coach Taljan, Carlo Ancelotti, li din il-ġimgħa tkeċċa minn Napoli wara li kkwalifikaw għat-tieni fażi taċ-Champions League, ingħaqad ma’ aġenzia bbażata f’Londra hekk kif spekulazzjoni fuq ingaġġ potenzjali ma’ Arsenal qed jikber fil-momentum. Min-naħa l-oħra huwa għandu jasal Londra biex ikollu taħdidiet ma’ Everton li jriduh ukoll minflok Marco Silva. Fattur favur Ancelotti huwa li Napoli mhux se jitolbu kumpens lill-club li jingħaqad miegħu.