Edinson Cavani fir-radar ta’ Flamengo

    Hekk kif l-attakkant internazzjonali Brażiljan, Gabigol, għadu inċert jekk jibqax ma’ Flamengo jew le, dawn għall-alternattiva bl-isem ta’ Edinson Cavani. Dan tal-aħħar għandu 32 sena u bħalissa qed jilgħab ma’ Paris St Germain. Wara l-wasla ta’ Mauro Icardi maċ-champions Franċiżi, in-numru ta’ preżenzi għall-attakkant Urugwajan naqqsu ħafna u għalhekk il-probabbiltá kbira hi li jiċċaqlaq għal Jannar.

    Cavani jidher favorevoli għal din l-idea minħabba li jrid jilgħab football aktar regolari wara l-injury li ħakmitu u li ħallietu barra għal ħafna xhur.

    Cavani għandu esperjenza kbira fuq livell ta’ football internazzjonali meta lagħab ma’ Palermo u Napoli fis-Serie A Taljana. Ma’ PSG hu lagħab 194 partita u skorja ammont impressjonanti ta’ 136 goal.