Juventus wara Leandro Paredes

    Juventus qed isegwu b’attenzjoni l-progress tal-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Paris St Germain, Leandro Paredes li għandu 25 sena u ilu mill-bidu tas-sena 2019 mat-team mill-belt kapitali Franċiża. Minkejja kollox huwa ftit qed isib post fl-ewwel 11 tal-coach Thomas Tuchel u għalhekk talab biex għallinqas imur b’self ma’ xi club ieħor.

    Paredes huwa addattat għall-iskema tattika tal-coch ta’ Juventus, Maurizio Sarri, u d-direttur sportiv Fabio Paratici se jibda jaħdem fuq dan l-akkwist li jista’ jasal.

    Paredes lagħab 25 darba ma’ PSG u għadu ma skorja l-ebda goal.