Emre Can segwit minn diversi clubs Ewropej

    Hi ħaġa ċerta li l-avventura tal-midfielder difensiv ta’ Juventus, Emre Can, waslet fl-aħħar jiem tagħha. Dan il-plejer ftit lagħab fl-ewwel ħdax tal-coach Maurizio Sarri u mhuwiex addattat għall-pjani ta’ dan il-coach.

    Il-player Ġermaniż jinsab ferm frustrat u qed ifittex destinazzjoni oħra sabiex jerġa’ jagħti ħajja lill-karriera tiegħu.

    Diversi huma l-clubs li kkuntattjaw lill-Bianconeri u talbu għas-servizzi tiegħu. Fost l-oħrajn hemm Fiorentina, Borussia Dortmund, Bayern Munich, Manchester United u Barcelona.

    Il-valur tal-plejer ta’ 25 sena huwa dak ta’ €50 miljun. Huwa lagħab biss 36 partita fi staġun u nofs maċ-champions Taljani aktar u aktar minħabba injury persistenti li kellu. B’kollox hu skorja erba’ goals.