Andrea Belotti determinat li jirritorna bil-kbir

    Is-sena 2019 tal-attakkant internazzjonali Taljan Andrea Belotti kienet xi ftit jew wisq ta’ tlugħ u nżul. Dan minħabba li kien hemm mumenti fejn ix-xamma għall-goal kienet naqset wara bidu tas-sena eċċezzjonali filwaqt li ftit tal-jiem ilu kellu jibqa’ barra mil-logħob minħabba injury. Dawn il-fatti kollha taw lil Belotti aktar kuraġġ sabiex għall-inqas fl-aħħar parti ta’ dan ix-xahar jerġa’ jirritorna u jagħmel xogħlu, jiġifieri, dak li jiskorja.

    Hekk kif il-coach ta’ Torino Walter Mazzarri jinsab ħerqan li jerġa’ jinkludi lill-plejer imlaqqam “Il Gallo”, hu wa jrid jirkupra l-forma fiżika ta’ Simone Zaza li mhux dejjem qed ikun konsistenti fil-logħob tiegħu.

    Minkejja kollox, Belotti qed jagħmel taħriġ intensiv u lest jerġa’ jirritorna mill-aktar fis possibbli.

    Belotti għandu 25 sena u ilu ma’ Torino sa mis-sena 2015 fejn skorja 70 goal f’151 partita mal-Granata.