[AĠĠORNATA] It-tifla tinstab qawwija u sħiħa

    Kmieni dalgħodu l-Pulizija kkonfermat li fortunatament t-tifla li lbieraħ kienet irrapurtata nieqsa nstabet qawwija u sħiħa. Fl-istqarrija l-Pulizija jieħdu l-opportunità biex jirringrazzjaw lill-pubbliku għal kull informazzjoni siewja li jgħaddilhom.

    Ilbieraħ: Il-Pulizija qiegħda titlob għall-għajnuna tal-pubbliku biex issib tifla li tinsab rappurtata nieqsa.

    Luana Borg dehret l-aħħar fit-8 ta’ Diċembru għall-ħabta tat-3:00 p.m viċin ċinema f’Buġibba.

    Kull min għandu xi tip ta’ informazzjoni huwa ġentilment mitlub jgħaddiha lill-Pulizija fuq 21224001/119 jew fl-eqred Għassa tal-Pulizija.