Malta fost l-iktar pajjiżi fl-UE b'aċċess għall-kura medika

    Stħarriġ tal-Eurostat dwar kemm il-popli tal-UE jaffordjaw kura medika sab li 99.5% tal-Maltin u l-Għawdxin ma sabux problemi biex jinqdew.

    Miż-0.5% li sabu xi diffikulta kien hemm 0.1% li r-raġuni li taw kienet minħabba li rawha bħala spiża kbira għalihom, 0.2% jew għax kienet għolja jew għax kienu se jistennew ħafna, 0.1% għax il-lista ta' stennija kienet twila u ż-0.1% l-oħra għax riedu jistennew biex tara jekk il-kundizzjoni titjiebx.

    Flimkien ma' Malta kienu l-Ġermanja, Spanja, l-Olanda, l-Awstrija, is-Slovenja, l-Iżvezja u r-Renju Unit fejn ir-rata ta' dawk li ma kienux jaffordjaw iħallsu għall-kura kienet ta' 0.1%.

    Fir-Repubblika Ċeka u l-Finlandja ma kien hemm ħadd li ma kienx jaffordja jħallas għall-kura medika mentri l-Greċja kellha l-ogħla rata bi 8.3%.