Die Cast & Scale Model Society torganizza l-wirja annwali tagħha

    Id-Die Cast & Scale Model Society, b’kollaborazzjoni mal-Amministrazzjoni tal-Isptar Monte Karmeli, se tkun qed torganizza il-wirja annwali tagħha fit-Teatru tal-Komunità biswit l-Isptar Monte Carmeli, Ħ’Attard, bejn it-12 u l-15 ta’ Diċembru.  Għall-ewwel darba din is-sena, tlet għaqdiet oħra sejrin jieħdu sehem b’wirjiet varji matul il-jiem tas-Sibt u l-Ħadd biswit l-istess teatru. 

    Malta Mini Owners Club flimkien ma’ Battlefront Living History Group Malta sejrin jieħdu sehem nhar is-Sibt, 14 ta’ Diċembru, b’wirja ta’ vetturi klassiċi ‘Mini’ u wirja oħra bit-tema tat-Tieni Gwerra Dinjija rispettivament. Min-naħa tagħhom, Malta Ford Owners Club se jttella’ wirja statika ta’ vetturi Ford nhar il-Ħadd, 15 ta’ Diċembru.

    Fil-wirja Annwali ta’ Die Cast & Scale Model Society - bl-isem ta’ The Biggest Little Motor Show -  sejrin jieħdu sehem aktar minn 30 kollezzjonist b’wirjiet ta’ diversi tipi ta’ minajturi relatati mattrasport. Karozzi klassiċi, moderni, sportivi, tal-kostruzzjoni, tal-merkanzija, tat-tifi tan-nar u saħansitra karozzi tal-pulizija minn madwar id-dinja mistennija jkunu fost l-esebiti.

    Il-Wirja Annwali minn Die Cast & Scale Model Society hija bla dubju magħrufa għal għadd ta’ attrazzjonijiet li ma ssibhom fl-ebda wirja oħra f’pajjiżna. Fost dawn wieħed isemmi l-mudelli awtentiċi tal-karozzi tal-linja li konna nsibu fil-gżejjer tagħna miżbugħa b’kuluri differenti u mgħammra sal-inqas dettal, mibnija kompletament bl-idejn minn tliet dilettanti. Se jkun hemm ukoll mudelli ta’ vetturi tas-snajja li konna nsibu fl-irħula tagħna ukoll mibnija bl-idejn; replika preċiża tal-ajurport internazzjonali ta’ Malta fuq skala ta’ 1:200 kif ukoll l-unika mudell ta’ ċirklu f’Malta li huwa ferm sinonimu ma’ din il-wirja.

    Il-wirja se tittella’ fit-Teatru tal-Komunità tal-Isptar Monte Carmeli, Triq Notabile, Ħ’Attard. Il-wirja titftaħ mill-Ħamis, 12 sas-Sibt,  14 ta’ Diċembru, bejn id-9a.m. u t-8.00p.m. waqt li il-Ħadd, 15 ta’ Diċembru ,il-wirja tiftaħ mid-9.00a.m. sal-5.00p.m. Dħul huwa bla ħlas.