Il-FAM jikkonfermaw li weġġa’ suldat fil-protesti f’Kastilja

    Waqt il-protesti li saru f’Kastilja nhar it-Tnejn li għadda weġġa’ suldat. 

    Dan ġie kkonfermat lilna mill-Forzi Armati ta’ Malta, li spjegaw li f’dawn il-protesti li ġraw nhar it-Tnejn, 9 ta’ Diċembru weġġa’ suldat li kien qed jaqdi dmirijietu. 

    Spjegawlna li dan il-membru tal-Forzi Armati ġie eżaminat u ngħata l-kura miċ-ċentru mediku tal-Forzi Armati ta’ Malta. Hu mistenni jirritorna għax-xogħol fi ftit jiem oħra. 

    Intant, staqsejna wkoll dwar x’passi se jittieħdu fil-konfront ta’ dawk li weġġgħu lis-suldat. Madankollu, l-Armata ma weġbitniex dwar dan.