Eugenio Corini jnissel atmosfera ġdida

    Jidher li l-ħatra mill-ġdid ta’ Eugenio Corini bħala coach ta’ Brescia ġabet atmosfera ġdida mhux biss fil-plejers u d-diriġenti min-naħa ta’ fuq tal-Italja iżda wkoll fl-attakkant kontroversjali Mario Balotelli li skorja l-goal rebbieħ fl-isfida diretta kontra r-relegazzjoni kontra Spal.

    Corini ġab fi tmiemu rekord negattiv ta’ bla rebħ li kien ilu għaddej għal 78 ġurnata li fihom sofrew sitt telfiet fl-aħħar disa’ partiti.

    Skont diversi segwaċi tal-football Taljan, l-iskwadra kollha tat-tim imlaqqam “Le Rondinelle” kisbu fiduċja ġdida u bħal qishom diġá insew lill-coach l-ieħor Fabio Grosso li xejn ma marru tajjeb miegħu b’mod partikolari Balotelli li kellu relazzjoni ħażin miegħu.

    Sadanittant Brescia mhux se jħallu lil Balotelli jitlaq minħabba li huma fiduċjużi li jerġa’ jaqbad ir-ritmu ta’ logħob magħruf għalih.