Sergej Milinkovic-Savic misruq f’daru

    Wieħed mill-protagonisti fil-lejla magika ta’ Stadio Olimpico ta’ Ruma,is-Sibt li għadda, kien bla dubju l-midfielder offensiv Serb Sergej Milinkovic Savic. Hu skorja wieħed mill-goals fir-rebħa li kisbu kontra Juventus bl-iskor ta’ 3-1.

    Minkejja kollox fil-mument li wasal lura d-dar, Milinkovic Savic sab sorpriża xejn sabiħa tistennih hekk kif ħallelin daħlulu u serqulu numru konsiderevoli ta’ oġġetti u ġojjellerija li jlaħħqu ‘l fuq minn €100, 000 kif ukoll madwar €5, 000 fi flus kontanti. Minnufih il-player irrapporta lill-awtoritajiet li bdew l-investigazzjonijiet.

    Jidher li l-ħallelin studjaw bir-reqqa l-movimenti tal-plejer Serb u eżatt waqt il-logħba kontra Juventus, ippjanaw li jisirquh.