Jose Mourinho jrid lil Dzeko

    Il-coach il-ġdid ta’ Tottenham Hotspur Josè Mourinho jrid lid-diriġenti tiegħu sabiex jiktbu lil Roma fit-tentattiv li jakkwistaw lil l-attakkant internazzjonali tal-Bosnja, Edin Dzeko. Wara li dan tal-aħħar kien se jitlaq lill-Giallorossi għal darba darbtejn, il-coach Paulo Fonseca isibha diffiċli jgħaddi mingħajru u għalhekk żgur mhux se jawtorizza l-ebda tip ta’ trasferiment. Dzeko diġà skorja sitt goals fi 15-il logħba għat-team mill-kapitali Taljana u qed ikun fundamentali fl-istaġun tajjeb li qed ikollhom.

    Dzeko għandu 33 sena u ngħaqad ma’ Roma b’self mingħand Manchester City fis-sena 2015 sa ma ffirmawh għalkollox sena wara.

    B’kollox huwa skorja  68 goal f’152 partita ... minbarra li lagħab ukoll 107 partita mat-team nazzjonali.