Glenn Bedingfield se jitlob biex jixhed fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne wara allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu

    Id-Deputat Laburista Glenn Bedingfield qal li se jkun qed jitlob lill-bord li qed imexxi l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia biex jitla’ jagħti x-xhieda tiegħu. Bedingfield qal dan f’kumment fuq il-midja soċjali wara li aktar kmieni llum żvolġiet ix-xhieda ta’ membri mill-familja Caruana Galizia fl-inkjesta pubblika.

    Huwa tenna li se jkun qed jagħmel dan biex juri kif l-allegazzjonijiet li qed jagħmlu fil-konfront tiegħu huma ’l bogħod mill-verità. Saħaq li “din it-talba se nagħmilha minn jeddi.”