Sanna Marin maħtura Prim Ministru tal-Finlandja … L-iżgħar kap ta' stat fid-dinja fl-età ta' 34 sena

    Il-Parlament Finalndiż għażel lil Sanna Marin bħala l-Prim Ministru l-ġdid, bil-mara ta’ 34 sena ssir l-iżgħar mexxejja fix-xena politika dinjija.

    Marin se tkun qed tmexxi koalizzjoni li ġiet ifformata bejn ħames partiti. 

    Il-Parlament Finalndiż approva l-ħatra ta’ Marin bħala Prim Ministru b’99 vot kontra 77. Il-Gvern il-ġdid għandu maġġoranza komda ta’ 117-il siġġu.

    Il-ħatra ta’ Marin u l-Gvern tagħha se jkun qed jippermetti lil Marin biex tirrappreżenta l-Finlandja fis-summit tal-Unjoni Ewropea li se jkun qed jiżvolġi fi Brussell aktar tard din il-ġimgħa. Il-finlandja attwalment għandha l-presidenza tal-blokk Ewropew sal-aħħar tas-sena.