Sinisa Mihajlovic lura fuq il-bank ta' Bologna

    It-team mis-Serie A Taljan Bologna reġa’ kellu lill-coach, Sinisa Mihajlovic, fuq il-bank imexxi lit-team kontra Milan li dawn tal-aħħar ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-2.
    Mihajlovic, li għandu 50 sena, ftit tax-xhur ilu ħabbar li qed ibati mill-marda kerha tal-leukemia u li kien qed jieħu l-kura għaliha. Minkejja kollox, hu xorta niżel jmexxi lit-team f'xi partiti tas-Serie A u l-Coppa Italia, għalkemm b'mod kontrollat. Mihajlovic qal li hu minn dejjem kien gladjatur mhux biss fil-grawnd iżda wkoll fuq il-bank tas-sostituti u għalhekk mhux se jaqta' qalbu u determinat li jirbaħ din il-marda.