Mill-inqas 43 persuna jmutu f'nirien qawwijin f'suq tal-qamħ fl-Indja

    Mill-inqas 43 persuna mietu f’nirien devastanti li ħakmu lil binja f’suq tal-qamħ fiċ-ċentru ta’ New Delhi, fl-Indja.

    Il-ħaddiema tat-tifi tan-nar kellhom joqogħdu mal-100 metru ’l bogħod biex jipprovaw jikkontrollaw in-nirien minħabba li l-binja maħkuma min-nirien kienet tinsab f’waħda mill-aktar żoni inaċċessibbli tal-belt.

    Atul Garg, il-Kap tas-Servizz tat-Tifi tan-Nar, qal li 25 vettura tat-tifi tan-nar kellhom jintużaw biex jiġu kkontrollati n-nirien.

    Arun Kumur Mittal, kelliemi għall-pulizija lokali qal mill-binja nħarġu mas-60 persuna, inkluż il-vittmi.

    Għadu mhux magħruf xi kkaġuna n-nirien madankollu l-pulizija u l-uffiċjali ta-ttifi tan-nar qalu li qed jinvestigaw jekk fabbrika fis-suq kinitx qed topera legalment jew le.