Sabu mħabbithom fuq applikazzjoni tad-dating, iżżewwġu u 10 snin wara l-kilwa tal-mara qablet ma' dik ta' żewġha

    Lisa u Dan Summers qablu mal-ewwel meta sabu mħabbithom fuq applikazzjoni tad-dating. Din l-imħabba ffjorixxiet tant li spiċċaw biex qalu s-Signor Si lil xulxin. 

    Meta kien għad kellu fuq l-20, Dan kien mgħarraf mit-tobba li 'l quddiem jaf ikollu problemi fil-kliwi, fejn potenzjalment jkollu jsib donatur biex itih kilwa ġdida. Appena, Dan beda t-triq tat-tletinijiet, dak li kienu qalulu t-tobba seħħ. Il-mistoqsija kien minn kien se jkun dan id-donatur, hekk kif biex wieħed jingħata kilwa, jrid isib donatur li jaqbel miegħu f'termini ta' saħħa. 

    Min kellu jgħid lil Dan u Lisa, li kienet se tkun din tal-aħħar li taqbel mal-kilwa ta' Dan, żewġha. Uħud mit-tobba ddeskrivew l-imħabba ta' Dan u Lisa bħala taqbila li saret fis-swemmiet. 

    Illum, kemm Dan kif ukoll Lisa jinsabu b'saħħithom aktar minn qatt qabel. U dan jista' jingħad mhux biss mill-lat ta' saħħa iżda wkoll minn dak ta' mħabba lejn xulxin. Fil-fatt, il-familja Summers. żdiedet b'wieħed, hekk kif illum għandhom tifel li jismu Jasper.