Juventus jaħsbu għal Jannar

    Fit-tentattiv li jsaħħu l-iskwadra, Juventus qed jimmiraw għal tliet players fis-suq tat-trasferimenti ta’Jannar - Sandro Tonali ta' Brescia, Ivan Rakitic ta' Barcelona u Leandro Paredes ta' Paris St Germain.
    Id-direttur Sporti, Fabio Paratici  mistenni  jagħmel tajjeb għan-nuqqas tal-midfielder difensiv Ġermaniż, Sami Khedira, li ġie operat u għandu barra tliet xhur. B'hekk huwa se jipprova jakkwista wieħed minn dawn it-tliet players matul ix-xahar id-dieħel sabiex ikollhom dik is-saħħa f'dan id-dipartiment ferm importanti fil-ground.
    Ħafna semmew li wasal iż-żmien li jerġa' jirritorna Emre Can iżda kollox jiddependi mid-deċiżjonijiet li se jieħu l-coach Maurizio Sarri.
    Is-Sibt, Juventus imorru fil-belt kapitali Taljana Ruma sabiex jilagħbu f'darhom kontra Lazio fit-tentattiv li jerġgħu jieħdu ras il-klassifika tas-Serie A.